Irridu nitfgħu ritratt tal-ajruplan – ħa nuru li se nsiefru

 Irridu nitfgħu ritratt tal-ajruplan – ħa nuru li se nsiefru

Forsi biex nuru li naffordjaw, ninku jew nuru li qed ngħixu l-ħajja. Forsi bla ħsieb ta’ xejn. Imma din tiġri l-iżjed fuq facebook marbut ma’ pajjiżna u niesna… iżjed minn f’pajjiżi oħra. Forsi għax aħna żgħar u ninfluwenzaw lil xulxin f’ħakka t’għajn.

Qisu ħadd ma qabdu l-ajruplan. Kulħadd għandu d-dritt jitfa’ li jrid bla dubju.

Forsi tant inkunu eċitati jew ilna ħafna ma nsiefru li nkunu rridu nitfgħu xi ħaġa għat-tifkira.

Imma meta jintefa’ wkoll il-boarding pass mingħajr ma taf, qed tagħti ħafna informazzjoni fosthom ismek, in-numru tal-biljett u dettalji oħra li jekk ma tafx, bihom jistgħu jittraċċaw saħansitra l-email address tiegħek u anke n-numru tal-mobile.

F’idejkom. Attenti biss. Mhux kulħadd jifraħ miegħek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com