Issib nies li jiktbu xi ħaġa biex ikunu tkellmu

 Issib nies li jiktbu xi ħaġa biex ikunu tkellmu

Iddejjaq ħafna din imma jkollok taċċetta. Għax ngħixu f’dinja u pajjiż liberu fl-espressjoni tal-ħsieb u l-kelma.

Imma ġieli ġratilkom li tiktbu xi ħaġa u mhux għax tkun inftiehemet ħażin, imma għax dak li jkun jew dik li tkun, idawruha kif ifettlilhom huma?!

Taħarqek! Tirrabjak. Imma jkollok taċċetta. Hawn iva nies li jekk tgħid vit jgħidu skurfina jew tgħid dan iswed, imeru anke s-sewwa magħruf.

L-importanti li ma tieħu xejn personali imma iva, tajjeb li tiċċara għax hawn ħafna li jippruvaw iħammġu. U kif jgħid il-Malti, La jintefa’ t-tajn, xi ftit minnu se jeħel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com