It-tgħajjir ma jagħmlekx eroj

Tgħajjir fuq facebook u anke fil-ħajja ta’ kuljum wiċċ imbwiċċ, ma jagħmel l-ebda ġieħ. Għandek kemm għandek raġun, itelfek l-argument tiegħek.
Iġġieled l-argument u l-pożizzjoni tiegħek b’kawtela u b’edukazzjoni. Dan japplika wkoll għall-politiċi. Ħalli jgħidulek ‘qum fuq tiegħek, x’int kwiet’ … imma tippruvax biex tidher tajjeb man-nies u tissodisfaħhom, tagħmel azzjoni li wara jiddisjpaċik għaliha.
It-tgħajjir ibaxxik bħad-dagħa. Jibqa’ ittimbrat u assoċċjat miegħek.