Ixxarrablek il-mobile? Titfgħux fir-ross!

 Ixxarrablek il-mobile? Titfgħux fir-ross!

Nisimgħuha ħafna din għaliex ovvjament, hija komuni li xi darba jew oħra xxarrab il-mobile tiegħek f’aċċident bla mistenni. Għalkemm ħafna li jippruvawha, u jgħidu li mhux veru taħdem.

Imma l-kumpanija Apple wissiet biex jekk jixxarrablek il-mobile ma titfgħux fir-ross.

Apple sostniet li meta titfa’ l-mobile fir-ross ser tagħmel iżjed ħsara għaliex partiċelli tal-qamħa li minnha jsir ir-ross, jagħmlu l-ħsara lill-mobile tiegħek.

Skont il-kumpanija, l-aħjar mod possibbli huwa li tnixxef il-mobile bil-galbu fejn tista’, il-bqija tħallieh jinxef waħdu. Lanqas li tuża hairdryer mhu tajjeb jew li ddaħħal materjal ieħor li mingħalik jixrob l-ilma.

Importanti li mobile mxarrab ma jitqabbadx mac-charger minnufih.

Dejjem naspiraw, li maż-żmien, il-mobile jkunu tajbin biżżejjed li jilqgħu għal xi ħasla ilma. Nistennew u naraw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com