Jekk ikollok weekend tajjeb, jaffettwak sew matul il-ġimgħa

Weekend brodu, ikollok ġimgħa mħarbta. Weekend sabiħ fejn int tkun striħajt u ħadt il-pawża mistħoqqha mill-moħħ u mill-ġisem, taffettwak b’mod pożittiv fl-andament tiegħek matul il-ġimgħa.
Jekk nibqgħu għaddejjin fil-weekend ukoll u mank nieħdu ġurnata ħfief minn kollox imqar, din ser ikollha effett negattiv fuq is-saħħa tagħna. Kemm dik fiżika li twassal ukoll biex tġossok stressjat, u anke fuq il-menti tiegħek għaliex moħħok ma jkunx straħ.
Huwa tajjeb ferm li nitgħallmu nagħmlu pawża. Imqar ta’ ġurnata waħda biss. Tħossok irriġenerat u frisk anke fil-ħsieb.
Ma rridux ngħixu qisna fuq ferrovija dejjem għaddejjin. Il-mistrieħ huwa bżonn daqs kemm huwa bżonn ix-xogħol għall-bniedem.