Għax għajjatt ftit mat-tifel biex nikkoreġieh, kulħadd ħarisli bl-ikrah!

 Għax għajjatt ftit mat-tifel biex nikkoreġieh, kulħadd ħarisli bl-ikrah!

Minn estrem qed immorru ieħor? Hekk sostniet persuna magħna li xtaqet tibqa’ anonima u xtaqet taqsam esperjenza li ġiegħelitha taħseb ħafna.

Ġara li kienet fi triq popolari f’pajjiżna, bin-nies għaddejjin, u għax ċanfret ftit lit-tifel, kulħadd beda jħarsilha bl-ikrah.

“Kieku għajjat b’kemm saħħa kelli u werriċtu mod, imma bdejt nipprova nikkoreġieh u għollejt ftit leħni. X’għamilt ħażin? Mela mhux ta’ b’xejn telgħin kif telgħin it-tfal tal-lum imbagħad inutli nibku fuq facebook li spiċċajna”, tenniet magħna Mary. (isem fittizzju li tajnieha aħna biex tifhmu l-istorja)

Intom x’taħsbu fuqha din l-istorja? Morna minn estrem għall-ieħor u kull każ li ninzertaw moħna jmur fuq abbuż jew inkella esaġerazzjoni? M’għadnhiex naraw mil-lenti tat-tajjeb li tkun iddixxiplinat ħalli tikber f’raġel jew mara matura?

Fiha x’tomgħod din!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com