Jekk it-tfal isaqsuk kif isiru l-babies tispjegalhom sew?

 Jekk it-tfal isaqsuk kif isiru l-babies tispjegalhom sew?

Qabel il-ġenituri kienu jaraw kif jiddevjaw it-tweġiba “it-tfal jiġu bil-vapuri” , “bl-ajruplan”, jew “mill-Bambin”.

Imma l-progress wassal biex illum sirna iżjed miftuħa u nitkellmu ċar biex lit-tfal ngħallmuhom il-verità u b’informazzjoni tajba mill-ewwel. It-tfal tal-lum huma forsi iżjed attenti għall-informazzjoni. Forsi din clichè għax it-tfal jibqgħu tfal.

Imma spiss nisimgħu nies jgħidu “kemm huma bravi t-tfal tal-lum u jifhmu kollox.”

Inti kif tispjegalhom lit-tfal tiegħek? Għadu ż-żmien li nużaw kliem bħal paqqa, xejxi u ċejċa jew ngħallmuhom il-kliem it-tajba mill-ewwel? Fir-rigward tal-konċepiment, nispjegaw forsi b’informazzjoni ħafifa imma veritiera jew nistħu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com