Jekk tħobb il-kultura inti xortik tajba

 Jekk tħobb il-kultura inti xortik tajba

Il-kultura li tmur id f’id mal-istorja, l-arti u l-mużika hija espressjoni ta’ meravilja. Mhux kulħadd huwa kkulturat u hawn min ilissen ‘le ħi, jdejquni dawk l-affarijiet’.

Ovvjament mhux kulħadd għandu l-istess gosti. Imma jekk mill-banda l-oħra, tħobb il-kultura, hi f’liema forma hi, inti xxurtjat. Il-kultura tirrilassak, tiftaħlek l-orizzonti ta’ moħħok, tgħinek toħlom, tkun kreattiv u ttik pjaċir u sodisfazzjon.

Hawn min jintilef jgħoxa wara avveniment kulturali, jew iżur xi post storiku jew jisma’ xi ftit mużika.

Kull min għandu għal qalbu dan is-settur, jgħidlek li “Qed titlef jekk ma tħobbhomx dawn l-aspetti.”

Il-kultura kapaċi tkun terapija anke f’mumenti qawwija ta’ stress. Sta hux il-karnival, il-Ġimgħa Mqaddsa, xi attività kulturali tar-raħal, il-festi, anke jekk organizzata mill-kunsill u mitt elf idea oħra.

Aħna xortina tajba li ngħixu f’Malta għaliex pajjiżna huwa benniena kbira f’dawn l-oqsma sbieħ. Ħudu l-okkażjoni u gawduhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com