Jekk xi ħadd żbalja f’ħajtu tiddejjaq tidher miegħu?

 Jekk xi ħadd żbalja f’ħajtu tiddejjaq tidher miegħu?

Kemm tiġri din. Basta kollna reliġjonijiet u solidarjetà. Imma hemm mumenti li tiġi f’dubju. Eżempju, jekk xi ħadd qatel mhux se tgħid dan żbalja u tidher miegħu mhux hekk?

Diskutibbli l-biċċa.

Imma xi ħadd żbalja b’xi mod jew ieħor għandek twarrbu? Aħna nies tal-glorja biss? Fil-maltemp x’nagħmlu?

Ġieli ġratilkom din; li waqt li kollox sew tkun imdawwar b’ċorma nies u malli tkun ftit l’isfel fil-ħajja, ma ssib lil ħadd?!

Jgħidulek biex tiftakar f’min kien hemm meta kont fid-dlam u tgħaraf tagħżel lil min tagħti ħinek. Sfortunatament, fil-ħajja mgħaġġla tal-lum u fil-ġirja biex naslu fejn irridu, spiss niltaqgħu ma’ nies żbaljati għax qas issejħilhom ħbieb nies hekk. Imma fil-ħajja dejjem nitgħallmu.

L-importanti li ma ninsewx inħobbu lilna nfusna wkoll.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com