Jgħidulek immorru lunch u jifthemu fis-sagħtejn

Lunch huwa l-bukkun ta’ nofsinhar. “Ma niflaħhiex din jgħidulek immorru lunch u jifthemu fis-sagħtejn. Biss biss għandek siegħa oħra sakemm tordna u jġibulek l-ikel. X’antipatija.” Hekk qaltilna persuna li xtaqet tibqa’ anonima u talbitna naqsmu l-ħsieb tagħha.
Huwa minnu. Tant u hekk li qabel, mat-tokki ta’ nofsinhar kienu jroddu s-salib u jintefgħu madwar mejda biex jieklu.
Imma forsi dak li qed nużaw fl-atteġġjament bl-iskuża tal-progress, qed ibidlilna l-ħsieb ukoll ta’ kif ngħixu.
Jekk ikunu t-tlieta, żgur li mhux lunch u allura s-sinjura għandha raġun. Tajjeb li nkunu ċari meta nifthemu għaliex mhux kulħadd ikun dara bis-sistemi differenti.
Lunch huwa f’nofsinhar. Sas-sagħtejn għandu jkun lest jekk mort biex tiddeverti għaliex żgur li d-dar mhux se ddum tiekol sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Imma li lunch jibda fis-sagħtejn, ma treġix.