Jissupervjaw għax ma tagħmilx kif iridu. Tafu minnhom?

 Jissupervjaw għax ma tagħmilx kif iridu. Tafu minnhom?

Hija sfortuna li iva hawn minnhom. Iridu kif iridu huma, meta jridu u liema jridu. jagħmlu kif jaqblilhom. Jissejjaħ EGOIŻMU.

Importanti li ma’ nies hekk, trid tieqfilhom. Ma tistax tibqa’ dejjem tagħti u jieħdu li jridu. Irrelevanti jekk mhi xejn għalik, hi x’inhi l-kwistjoni. Trid tieqaf. Inkella qed twassal messaġġ, li minn fuqek jgħaddu romblu.

Qed iżżidlu l-kburija li jasal fejn irid. Qed titfa’ lilek l’isfel.

Mhux li ma nċedux ta biex ma nifthemux ħażin. Imma għal kollox hemm limitu. Qabel xejn, għandu jkun hemm rispett.

Dawn li jissuppervjaw għax ma jiħdux tagħhom, iridu jħarsu ftit fil-ġewwieni tagħhom u jagħrfu li huma żbaljati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com