Jitolbuk informazzjoni li faċli ssibha fuq google – għażż?
Ħafna huma dawk li ma jindenjawx ruħhom ifittxu. Iridu bilfors kollox lest fuq platt tal-fidda. Jiġri spiss fejn persuna titlob kuntatt jew e-mail ta’ xi entità li l-loġika tgħidlek, din hija entità pubblika, allura jekk tagħmel search fil-google, se ssibu.
Dan xi jkun? Għażż? Ikunu nies li jridu kollox lest qisek is-servjent tagħhom?
Mhux talli hekk, talli jgħidu bik għax ma tkunx weġibthom?!
Sta għalik kif iddarri n-nies. Jew li dejjem isibuk lest biex taqdiehom anke f’ħaġa li kapaċi jagħmlu huma u jfittxu huma, inkella tagħżel li tħalli l-persuna tħaddem ftit moħħha.