Kelma ttellgħek u kelma tniżżlek. Nieħdu ħsieb xulxin

 Kelma ttellgħek u kelma tniżżlek. Nieħdu ħsieb xulxin

B’kelma ttellgħu bniedem u b’kelma tniżżlu u tkissru. Ġieli ngħidu kliem bla ma naħsbu u mingħalina li nkunu qed ngħidu mod, u jinftiehem mod ieħor.

Dan jiġri spiss bil-messaġġi u l-whatsapp imma anke wiċċ imbwiċċ.

Tajjeb li nkunu kawti xi kliem nużaw ma’ xulxin. Jekk aħna rrabjati, naħsbu ftit kif se nwasslu l-messaġġ anke jekk għandna raġun. Billi tweġġa’ lil dak li jkun biex tieħu sodisfazzjon, tkun qed tnaqqas kemm id-dekor tal-persuna u anke d-dinjità tiegħek stess.

Mill-banda l-oħra, kliem sabiħ jgħin biex il-persuna jkollha burdata tajba u pożittiva. Sempliċiment “Bonġu kif int?” u messaġġi sbieħ simili, jgħinu lil dak li jkun.

Qegħdin f’era fejn bil-midja soċjali ninfexxu spiss f’xulxin. Nattakkaw u nkunu difensivi. Il-kliem jasal u jibqa’ ttimbrat fil-moħħ. Ma tkunx taf minn xhiex għaddejja l-persuna. Ma tkunx taf ir-raġuni ta’ għemilha ġieli.

Il-konfronti qatt ma jwasslu mkien. M’hemm xejn isbaħ mid-djalogu u messaġġi ċari mingħajr ħabi ta’ aġendi u logħob bil-kliem li jħawwad lin-nies.

Imbagħad f’idejk. Ftakar li kif tagħmel, jagħmlulek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com