X’inhi dik ir-riħa li jkollhom il-knejjes u l-wirjiet fi żmien ir-Randan?

 X’inhi dik ir-riħa li jkollhom il-knejjes u l-wirjiet fi żmien ir-Randan?

Fi żmien ir-Randan kemm fil-knejjes kif ukoll f’diversi postijiet fejn ikun hemm il-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira nibdew inxommu riħa li hawn min jiġġennen għaliha u hawn min iġġiegħelu jgħatas sitt mitt darba f’temp ta’ nofs siegħa.

Din ir-riħa mhix tal-inċens kif jaħsbu ħafna, iżda hija magħrufa bħala l-borma. Ir-raġuni wara l-isem hija li din it-taħlita ssir litteralment f’borma. Fiha jkun hemm taħlita ta’ larinġ, balzmu, essenza tal-fwieħa, tuffieħ maqsum min-nofs bl-imsiemer tal-qronfol imwaħħlin miegħu, lumi, inbid qadim u ċerti ħwawar oħra aromatiċi.

Il-borma titħalla ttektek fuq in-nar u minn hemm toħroġ l-aroma partikolari għal dan iż-żmien, li ħafna drabi tvarja xi ftit minn raħal għall-ieħor. Hawn ukoll nies li tant huma akkaniti ta’ dan iż-żmien, li din il-borma jagħmluha wkoll fid-dar tagħhom u għandhom ukoll riċetti sigrieti li bihom jikkreaw aromi uniċi ta’ dan it-tip.

Iżda għaliex issir din il-borma? Jingħad li l-għan warajha huwa li tinħoloq mill-ġdid ir-riħa tal-balzmu li kien jintuża fi żmien Kristu!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com