Kemm nirrealizzaw li x-xogħol tad-dar jieħu l-ħin?

 Kemm nirrealizzaw li x-xogħol tad-dar jieħu l-ħin?

Qabel kien hawn iżjed sessiżmu mil-lum u konna nqassmu ‘dak xogħol ir-raġel’, ‘dak xogħol il-mara’. Illum sar hawn iżjed għarfien u kuxjena fuq li jinqassmu d-dmirijiet f’dar. Huwa nuqqas ta’ maturità li tgħid dak xogħol ir-raġel jew il-mara. Illum fid-dinja tax-xogħol issib minn Prim Ministri sa xufiera tat-trakkijiet nisa. Kulħadd għandu jitqies utli u fuq dan naqblu.

Imma bħal meta ngħidu li teżisti inugwaljanza kontra n-nisa, din teżisti wkoll fuq l-irġiel u jkun hemm istanzi fejn ma tantx naħsbu u nirrealizzaw dwarhom.

Raġel li jgħix waħdu u jkun jaħdem, irid inaddaf, jaħsel il-ħwejjeġ, jgħaddi, isajjar, imur jixtri u iżjed bħal ma mara li tgħix waħedha tagħmel.

Għaliex qed ngħidu hekk? Għaliex jiġru episodji fejn ir-raġel ma jkunx mifhum fuq il-post tax-xogħol li dan għad għandu x’jagħmel la jmur id-dar u mhux għax raġel, u lesta l-ġurnata ta’ ħidma, issa se jmur id-dar sieq fuq sieq. Jew hemm bilfors xi ħadd se jlestilu kollox.

Tant jiġru dawn, li jkun hemm anke kummenti ‘u ijja issa x’għandek x’tagħmel, mhux lesta l-ġurnata?’ Dan juri wkoll li fil-ħsieb għad hemm, li raġel la jmur id-dar se jsib kollox lest. Irrid niftħu moħħna iżjed u ma nistennewx li suġġett irid jiġi diskuss fuq il-midja biex naħsbuh. Nużaw moħħna sew u nifhmu lil xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com