Billi tidħaq naqra fuq il-post tax-xogħol mhux diżunur ta

 Billi tidħaq naqra fuq il-post tax-xogħol mhux diżunur ta

Hawn min donnu jinfexx mal-ħaddiema ta’ taħtu li jkun irid li jagħmlu kollox bil-pinna u l-klamar u Alla ħares jarahom jgħaddu ftit ħin jitbissmu, qisu mhu jagħmlu xejn iżjed ħlief li jiżżufjettaw.

Dan ma jkunx il-każ. Jekk jinqabeż il-limitu, mitt darba u elf li għandhom jitwaqqfu. Imma x’hemm isbaħ minn ftit tbissim u xi ċajta ċivili bejn il-kollegi tax-xogħol li tgħinhom ikunu ħerqana li jiltaqgħu ta’ kuljum biex jaħdmu f’ambjent san u għal qalbhom.

Wieħed irid jiftakar li x-xogħol kapaċi jkun stressanti sew, jekk mhux li ġġorru wkoll miegħek id-dar. Mhux kull xogħol la kemm taqbad u tgħid ħa tieqaf anke jekk tkun irritornajt id-dar wara ġurnata ħidma.

Allura billi l-ħaddiema daħqu naqra għandek tħarsilhom bl-ikrah qisu wettqu xi att kriminali? Ejjew inkunu prattiċi u ma nilagħbuhiex tad-dojoq. Jekk għandek in-nervi int, ħu ħsiebhom u tinfexx ma’ ta’ taħtek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com