Kif għandek terfa’ r-ross biex ma jeħżinx?
Ir-ross huwa ingredjent tajjeb għall-ikel li ġej minn pjanta. Jiddaħħal ħafna drabi ma’ diversi platti u ħafna persuni li jinkoraġixxu dieta tajba, spiss isemmulek biex tinkludieh fid-dieta tiegħek.
Jiġri li peress li r-ross jinxtara f’boroż imdaqqsin, l-iżjed l-iżjed jekk int tgħix waħdek, żgur li jekk tiftħu ser jibqgħalek u trid taħżen li jkun baqa’.
Ir-ross irid ikun merfugħ b’postijiet friski bla sħanat żejda u umdità. Ir-ross jixrob ukoll l-irwejjaħ allura huwa importanti li terfgħu ‘il bogħod mill-basal u t-tewm. Tajjeb li tistorjah f’kontenituri apposta li jissiġillaw ruħhom ħalli tevita wkoll infestazzjonijiet ta’ dud u nsetti oħra.
Jekk baqgħalek mill-platt u ma tixtieqx tarmieh, jekk terfgħu ġo kontenitur sura, u li jkun baxx fid-daqs, kapaċi jdumlek u tkun tista’ tieklu iżjed tard.
Kont taf li ross merfugħ fi friża, kapaċi jservi għal 30 sena?