Kif tnixxef il-ħwejjeġ xorta waħda meta jkun maltemp?
Għalkemm din is-sena ix-xitwa donnha ma kinitx qawwija daqs xtwiewi oħra, xorta waħda jkun hemm dawk il-jiem bix-xita li jbidlu l-pjanijiet ta’ kulħadd.
Speċjalment ta’ dawk li jkunu jridu jonxru l-ħwejjeġ. Kif tagħmel? Il-ħwejjeġ iridu jsiru. Ovvjament illum hawn it-tumble dryer li hija effettiva u l-iżjed soluzzjoni faċli għaliex il-ħwejjeġ joħorġu nexfin u lesti fi ftit ħin. Imma mhux kulħadd għandu t-tumble dryer.
L-iżjed soluzzjoni faċli hija li tonxorhom fuq żiemel u tħalliehom jinxfu bil-mod. Idumu iżjed u hemm min jgħidlek li ma jiġux sbieħ daqs li kieku nxarthom barra. Imma x’tagħmel?!
Effettivi wkoll jkunu xi heater (dejjem waqt li hemm int fid-dar ħalli tevita problemi) jew inkella xi dehumidifier li tixrob l-ilma u lp-ħwejjeġ jekk kieku jinxfu fi tliet ijiem, jinxfulek f’jumejn.
Hemm min juża wkoll spallieri maż-żiemel ħalli l-ħwejjeġ joqogħdu aħjar u jinxfu iżjed. Dejjem hemm soluzzjoni għal kull sfida.