Meta kont issiefer, kienet toħroġ triq sħiħa xxejjirlek
Fejn hu dak iż-żmien? Xi ħlew. X’nostalġija għal dawk li għandhom ftit età. Iż-żmien u l-progress ibiddlu kollox. Mhux qed ngħidu li kollox sar ikrah. Anzi.
Imma l-ġenerazzjoni tal-lum qas tista’ timmaġina x’kienet tfisser li se ssiefer fil-passat …. nies ixejrulek fit-triq qisek ir-re, il-familja kollha tiġi miegħek l-ajruport, familjari jibku qisek sejjer għal kollox … apparti li min isiefer ried ikun sinjur.
Illum bil-low costs, is-safar sar komuni ħafna u mhux l-ewwel darba li tiddeċiedi llum u taqta’ biljett għal għada u titlaq.
Imma sabiħ li niftakru xi nbidel u kemm ibiddel iż-żmien.