Tinħaraq meta tagħmel ix-xogħol int u jieħu prosit ħaddieħor?

 Tinħaraq meta tagħmel ix-xogħol int u jieħu prosit ħaddieħor?

Ħu paċenjza lajf. X’tagħmel?! Kemm tiġri din. Inti taħdem u ħaddieħor jidher. Żgur li smajtu bi ġrajjiet hekk?

Sew jekk fuq ix-xogħol, f’xi għaqda, f’xi każin, fil-partiti u f’mitt elf post ieħor. Din hija ħaġa komuni mmens u li dejjem se taħraq lil min ikun wettaq il-ħidma hu.

Li trid tagħmel hu:

  1. Żomm Kalm
  2. Ipprova ħallieha għaddejja l-istorja
  3. uri min veru wettqu x-xogħol meta tiġi għas-si u n-no fejn waqt l-ispjega, dak li jkun jidher biss qas ikun jaf x’laqtu, imma int tkun taf l-informazzjoni dettaljata.

Hemmhekk tkun ħallejt lil xogħolok jitkellem għalik. Tinħaraq xejn. Iż-żejt dejjem jitla’ f’wiċċ l-ilma.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com