Meta l-partner jorqod qablek u int tkun għadek bil-mobile …

 Meta l-partner jorqod qablek u int tkun għadek bil-mobile …

L-imbierek mobile. Kemm joħdilna ħin. Tant li anke fis-sodda ndaħħluk. Sirna nsibuha skuża li qabel norqdu rridu niskrolljaw naqra u noqogħdu naraw x’hemm għaddej hemm barra.

Ħażin? M’int toqtol lil ħadd fil-verità, mhux xi att kriminali. Imma l-ħin ta’ kwalità qed jonqos iżjed ma jgħaddi ż-żmien.

Il-mobile ma sarx biss mezz ta’ komunikazzjoni imma fuqu naraw x’inhu għaddej fid-dinja madwarna jekk mhux anke ġieli naraw film fuqu stess permezz tal-apps aċċessibbli.

Kif tħossok li l-partner raqa diġà u int għadek bil-mobile? Tant drajna li ma narawha xejn ta’ barra minn hawn. Anzi, ngħidu li qabel kien jiġri l-istess meta xi ħadd mill-koppja kien jibqa’ jara t-televixin.

Id-differenza hi li meta nibqgħu bil-mobile, żgur li nispiċċaw fuq facebook b’moħħna jirreġistra l-ilmenti, l-kwistjonijiet u suġġetti varji li jinkitbu fuqu. B’hekk, moħħna ma jkunx qed jistrieħ imma nkunu qed inkomplu nħallu l-magna tal-ħsieb startjata. L-effetti huma fit-tul. L-istress moħbi nbatuh maż-żmien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com