Meta qamet kwistjoni għaliex il-festa ta’ San Pawl ħabtet nhar il-ġimgħa

 Meta qamet kwistjoni għaliex il-festa ta’ San Pawl ħabtet nhar il-ġimgħa

Tistaqsu għaliex? tinsewx li l-Maltin kienu iżjed kredenti u devoti lejn ir-reliġjon milli huma llum. Kienu jsegwu iżjed bir-reqqa l-istruzzjonijiet u r-regoli tal-knisja.

Ġara li fl-10 ta’ Frar tal-1905, il-festa ta’ San Pawl ħabtet il-ġimgħa u għalhekk, inqalgħet il-kwistjoni tal-astinenza mil-laħam li dik il-ħabta, kienu marbutin biha l-Maltin.

Għalhekk, l-Arċisqof ta’ Malta taffieha xi ftit. Min kien se jiekol barra mid-dar, kien eżentat mis-sentenza. Issa dan kienx bla sens jew le, m’hemmx x’niddiskutu.

Dawk li ma kellhomx ħtieġa li jieklu barra d-dar, allura setgħu jagħmlu l-astinenza l-erbgħa ta’ qabel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com