Putin jgħid li r-Russi viċin li jippreżentaw il-vaċċin kontra l-kanċer

 Putin jgħid li r-Russi viċin li jippreżentaw il-vaċċin kontra l-kanċer

Vaċċin kontra l-marda qerrieda tal-kanċer jidher li jista’ jkun possibbilità dalwaqt skont il-President Russu Vladimir Putin, fejn qal li xjentisti Russi huma viċin ħafna li joħolquh.

Dan kien irrapurtat minn diversi aġenziji kbar tal-aħbarijiet għalkemm kien hemm xettiċiżmu kbir kemm hi reali din għaliex it-tħabbira saret eżatt mal-mewt ta’ Alexei Navalny li kien mexxejt tal-Opożizzjoni għall-Gvern Russu, avukat u attivist kontra l-korruzzjoni.

Madanakollu, Putin ma speċifikax liema tip ta’ kanċer ser ikun indirizzat b’dan il-vaċċin.

Numru ta’ pajjiżi u kumpaniji kbar qed jaħdmu biex isibu l-vaċċin adattat għal tipi differenti ta’ kanċer. Jidher li dawn ser ikunu jiswew ħafna flus, imma ħdejn il-ħajja l-ebda prezz ma joqgħod.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com