M’intix obbligat tittipja l-parker f’parkeġġ pubbliku
Parkeġġ pubbliku li jkollu tabella tat-Transport Malta li jindika hekk, inti tista’ tipparkja fih. M’intix obbligat li tagħti tips lill-parker. Ovvjament din hija komuni li ssir għaliex il-Malti minnu nnifsu jħobb jagħti.
Biex parker japplika għall-permess ta’ car park attendant’s license jrid japplika ma’ Transport Malta fejn iħallas €11.65 fis-sena. Dmiru jkun li jara li l-parkeġġ jinżamm nadif u jkun hemm dħul u ħruġ tal-karozzi fil-parkeġġ b’mod ordnat, jevita li jkun hemm serq mill-karozzi jew ħsarat u jekk jinnota dan, irid jirraporta lill-pulizija.
Ma hemm xejn ħażin li tagħti tips jekk inti tkun trid, imma li l-parker jitolbuk hu l-ammont jew ikemmex xufftejh għax tkun tajtu €1 jew €2 u skontu tkun ftit, mhix f’postha.
Ġieli kien hemm sitwazzjonijiet t’argumenti. Din suppost aqua passata (jiġifieri storja antika) u li ġiet regolarizzata, imma fil-ħajja stennew kollox.
Infurmaw ruħkom.