Regoli għall-bajja tal-għarwenin – importanti li timxi magħhom

Li tmur fuq bajja tal-għarwenin saret popolari anke f’pajjiżna. Iva, sewwa smajtu, għandna. Iżda huwa importanti li inti timxi ma’ numru ta’ regoli li m’humhiex miktuba imma huma loġika.
- Ara li qabel xejn tkun fil-bajja t-tajba inkella tispiċċa arrestat.
- Tibqax bil-ħwejjeġ. Jekk qed fil-bajja tan-nudisti, trid tinża.
- Tiħux ritratti. Mhix etika hux. ma tafx fejn jispiċċaw.
- Tiċċassa lejn ħadd. Inkella tiħux għalik jekk jiċċassaw lejk.
- Tmissx. M’intix f’xi post għas-sess. Dik hija bajja tan-nudisti.
- Irrispetta lil ta’ madwarek.
- Tagħmilx atti li mhux xieraq fil-pubbliku.
- M’hemm sess.
Din tkun bajja li persuna fiha tħossha komda toqgħod bla ħwejjeġ. Mhux kulħadd lest li jagħmilha, imma la jeżistu u hawn min jieħu gost hekk, ħadd m’għandu jneħħilu dak id-dritt.