Tgħallmu l-Malti bl-Ingliż. Temmen?

Illum l-importanza li nużaw il-lingwa Maltija kif suppost, qed tinħass iżjed minn qatt qabel. Minħabba li hawn ħafna barranin fostna, bla ma rridu, jintuża ħafna iżjed l-Ingliż.
Apparti hekk, il-Malti qed ikun affettwat bi kliem barrani fejn anke ndawru kliem minn lingwi oħra u nadattawh għalina. Għalkemm il-lingwi jinbidlu, huwa importanti li nirrikonoxxu l-fatt li l-Malti nużawh aħna biss f’pajjiż żgħir. Allura t-theddida tkun ikbar. Iżjed kemm jittiekel l-użu ta’ kliem bil-Malti, iżjed ser jonqos il-kwalità tal-miklem Malti bil-konsegwenza li fi ftit żmien ieħor, ser ninsew ħafna minn dan il-kliem sabiħ.
Iżda f’Malta hawn ħafna li ma jagħtux ġieħ biżżejjed lill-Malti għalkemm huma Maltin stess.
Issib min kważi jitfantas li niddiskutu dan is-suġġett. Mhux hekk biss, kien hawn skejjel u għad hawn, li l-Malti jgħallmuh bl-Ingliż. temmnuha?