Tieħu għal min ma jkellmekx iżjed bla raġuni ta’ xejn?
Ġieli ġratilkom? Filli telefonati, messaġġ u likes u qlub u ma nafx x’iżjed… filli baħħ. Xi jkun ġara?
Tgħid qalulu xi ħaġa kontrija? Tgħid inqastu jew inqastha b’xi mod u ma ndunajtx? U erħielna ninkwetaw.
Fil-verità, jekk xi ħadd ma jkellmekx għalxejn b’xejn, tagħtix kas. Ibqa’ miexi ‘l quddiem. Xorta se torqod billejl. Imma faċli ngħiduha u mhux faċli ngħixuha. Għax dan filli għal kull ħaġa ta’ xejn: “hello, kif inti sieħbi?” U f’daqqa waħda jgħosfru.
Imma nsomma. Inutli ninkwetaw. Min se jbati? Min jinkwieta għax jitqatel minn ġewwa. L-għażla tal-persuna hija libera imma int ħares ‘il quddiem. Basta mbagħad, ma jistmawx taż-żejjed u n-nieqes!