Tiftakruh lassie? Kulħadd quddiem it-televixin

Lassie kienet serjè televiżiva għat-tfal li kienet tixxandar fuq CBS oriġinarjament. Bdiet fit-12 ta’ Settembru tal-1954 u baqgħu jiffilmjaw u jxandru sal-24 ta’ Marzu tal-1973.
Id-drama kienet iddur mal-kelb tar-razza collie flimkien mal-ħbieb tiegħu f’avventuri ta’ kuljum li ħafna minnhom kienu jinkludu salvataġġ.
Il-producer kien Robert Maxwell u Rudd Weatherwax kien dak li jittrenja l-kelb.
Interessanti li bħala Lassie kien hemm iżjed minn kelb wieħed biex ovvjament meta l-kelb jgħajja, ikun hemm dak li jibdlu.
Maż-żmien ġie adattat anke bit-Taljan u aħna l-Maltin, min għandu ċerta età, żgur li jiftakru sew.
O żmien ħelu fejn ħrabtli.