Viva viva l-karnival! Il-karnival tat-tfal f’ Ħal-Għaxaq.

 Viva viva l-karnival! Il-karnival tat-tfal f’ Ħal-Għaxaq.

Illum il-Ġimgħa 9 ta’ Frar qed ikun iċċelebrat il-Karnival tat-tfal f’ Ħal-Għaxaq. Briju, ferħ, żfin u allegrija qed jiddominaw l-atmosfera fejn it-tfal libsin kostumi kkuluriti u mhux tas-soltu bi tbissima mill-isbaħ fuq fommhom. Qasquż kbir roża jidher li ġibed l-attenzjoni ta’ bosta, fost ħafna tfal libsin ta’ kartuna ħalib.

Minn baqra għal brama, għall-baħrin, cow girls u saħansitra speed camera.

Bosta temi jallegraw, f’dan il-jum qed naraw!

Xi ġmiel joħloq l-għors tat-tfal f’jum xemxi kif mixtieq minn dawk li jħobbu l-karnival!

Viva viva l-karnival!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com