Tiħux kollox b’mod personali
Ġieli kkritikaw xi ħaġa li int tkun involut fiha u tweġġa’?
Normali naħseb għaliex int tkun pruvajt tagħmel l-aħjar possibbli. Madanakollu jekk tinduna li qed tkun spiss affettwat u anke mdejjaq minħabba f’hekk, irrealizza li dan kollu qed jaffettwalek is-saħħa mentali tiegħek, sa anke tibda tiddubita minnek innifsek.
Huwa importanti li titgħallem tgħaraf il-proporzjon ta’ dak li jkun qed jiġri; kritika distruttiva fil-konfront ta’ xi ħaġa li forsi int parti minnha jew li int kellek sehem fiha, araha minn kuntest differenti.
Mhux kulħadd se jgħoġbu dak li tagħmel int bħalma mhux se jgħoġob lilek, kull ma jagħmel ħaddieħor.
Hawn min ifajjar bl-addoċċ ukoll u qas jirrealizza xi ħsara jagħmel. Imbagħad hawn min li anke għall-anġli jiżfnu jgerger.
Tgħallem agħżel dak li jidħol f’moħħok. Tagħtix kas. Let go!