Tmur ġo ristorant high class u t-toilet mandra

 Tmur ġo ristorant high class u t-toilet mandra

Aħna l-Maltin kollha nħobbu mmorru ġor-ristoranti. Inħobbu nieklu u l-hena tagħna nfittxu l-aqwa ristoranti … anke ħabba l-midja soċjali, ħeqqqq … ma titfax ritratt jew?!

F’pajjiżna hawn għażla vasta mmens ta’ ristoranti tajbin; kemm dawk għoljin fil-prezz u anke dawk forsi iżjed għall-but ta’ kulħadd u l-familji.

Imma oħroġ il-għaġeb, spiss jiġri li tidħol f’toilet, hu liema hu r-ristorant, ma ssibux nadif. Jew koċċ ilma fl-art, jew bla toilet paper, jew bla karti li timsaħ idejk fihom.

Din xi tkun?! Drawwa kerha?

Hawn anke ristoranti ta’ livell għoli ħafna li jkunu hekk, tant li int u sejjer biex tużah, bla ma trid taħseb li ser tinqeda b’servizz nadif imma jgħarralek.

Huwa importanti ferm li ninvestu fl-iġjene tal-klijent għeżież sidien. Mhux kulħadd, qatt ma tista’ tgħid KULĦADD … imma iva, fil-maġġor parti tagħhom, it-toilets ma ssibhomx ta’ livell bħal ma jkun is-servizz u l-ikel fuq il-mejda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com