X’kotba tħobbu taqraw? Min huma l-awturi favoriti tagħkom?

 X’kotba tħobbu taqraw? Min huma l-awturi favoriti tagħkom?

Il-ktieb jitqies bħala ħabib. Jgħidulek ktieb f’idek, huwa l-aqwa mezz ta’ rilassament u konċentrazzjoni.

Tintilef fil-ħsibijiet, timmaġina, toħlom, issir kreattiv. L-isbaħ ħaġa; titgħallem.

Bil-qari twessa’ l-għarfien tiegħek fuq diversi suġġetti. Tistgħana bl-informazzjoni. Titgħallem kliem ġodda u frażijiet li ma nisimgħux meta nitkellmu.

Bl-Ingliż, bil-Malti jew b’xi lingwa oħra, il-ktieb jibqa’ sors kbir ta’ tagħrif li kapaċi jserrħek ftit mill-ħajja mgħaġġla li ngħixu.

Hemm min iħobb jaqra fis-sodda qabel jorqod. Jgħidulek in-ngħas li jaqbdek ikun ħelu wisq. Jiġifieri anke biex torqod tajjeb, jgħinek il-ktieb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com