“Is-suċċess ma jiġix waħdu”…kif tasal għalih?
Jekk forsi dak li jkun jaħseb li kull min kiseb suċċess f’xi ambitu jew ieħor ġieh faċli u mingħajr ħafna xogħol u konsistenza, mela sejjer żball. Is-suċċess ma jiġix waħdu! Jiġi grazzi għal diversi drawwiet pożittivi li jkollu dak li jkun u l-insistenza li jżomm magħhom.
Iżda ngħidu aħna, xi drawwiet għandhom persuni ta’ suċċess?
- Huma persuni organizzati, jiġifieri jippjanaw l-affarijiet u jkollhom miri u prijoritajiet li jiggwidawhom.
- Jifhmu l-bżonn tar-rilassament u jużaw tipi differenti ta’ meditazzjoni biex jitgħallmu jirrilassaw aktar u jorganizzaw il-ħsibijiet tagħhom.
- Wara li jorganizzaw u jippjanaw, jieħdu wkoll azzjoni. Mingħajr ma tieħu azzjoni huwa verament diffiċli, biex ma ngħidux impossibbli, tasal għal dak li tixtieq!
- Jieħdu ħsieb tagħhom innifishom billi jikkontrollaw dak li jieklu, jagħmlu eżerċizzju u jieħdu ħsieb l-iġene personali.
- Għandhom attitudni pożittiva u ma jarawx kollox ħażin. Din it-tip ta’ attitudni twassalhom biex jiksbu s-suċċess.
- Huma t-tip ta’ persuni li jħobbu jiltaqgħu ma’ nies oħrajn u jaqsmu l-ideat flimkien.
- Joqgħodu attenti ta’ kif jonfqu l-flus u ma jberbquhomx fuq affarijiet bla skop u żejda.
- Ma jdumux jitlajjaw fis-sodda iżda jqumu kmieni sabiex ikollhom aktar ħin biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.
- Huma t-tip ta’ persuni li jaqsmu ma’ ħaddieħor kemm fejn jidħlu ideat u anke fejn jidħlu atti ta’ karita.
- Jiddedikaw ħin sabiex jaqraw kemm għall-gost, iżda wkoll biex jitgħallmu aktar.