Fallimenti min-nies famużi … “ma setax jitkellem sewwa sal-età ta’ 4 snin”

 Fallimenti min-nies famużi … “ma setax jitkellem sewwa sal-età ta’ 4 snin”

Fil-ħajja ma tridx taqta’ qalbek. Mhux dejjem faċli imma jekk tinsisti u taħdem, tirnexxi.

Ħafna kienu dawk in-nies li llum nirreferu għalihom bħala famużi li matul ħajjithom, mhux kollox kien ward u żahar. Ovvjament, kulħadd jibqa’ uman. Ħadd mhu omnipotenti.

  1. Albert Einstein ma setax jitkellem sewwa sal-età ta’ 4 snin. L-għalliema tiegħu kienet qalet li dan it-tifel mhux se jkampa.
  2. Michael Jordan kien tħalla barra mit-tim tal-basketball tal-iskola. Mar id-dar jibki u ssakkar f’kamra.
  3. Walt Disney tkeċċa minn gazzetta lokali għax qaluli li ma kellux immaġinazzjoni tajba u ideat oriġinali.
  4. Steve Jobs ta’ 30 sena kien tneħħa mill-kumpanija li ħoloq hu stess.
  5. Oprah Winfrey tneħħiet milli taqra l-aħbarijiet għax qalulha li ma kinitx tajba għat-televiżjoni.
  6. Il-Beatles ġew irriġettati mid-Decca (recording studios) għax qaluli li l-ħoss tagħhom ma kienx tajjeb u m’għandhomx futur fil-mużika.

Dawn kollha spiċċaw ismijiet kbar u ta’ suċċess. Min jaf x’hemm ġo fik jistenniek biex tesplorah u forsi qed taqta’ qalbek minħabba xi kumment jew falliment ta’ darba. Agħmlu kuraġġ u iġru wara l-ħolma tagħkom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com