12-il punt li għandek tkun taf dwar il-liġi tal-użu tal-Kannabis
Huma ħafna dawk li jinsabu xi ftit konfużi dwar il-liġi għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis. Permezz ta’ dan l-artiklu bbażat fuq fact sheet tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, qed naqsmu magħkom 12-il punt li għandek tkun taf dwar din il-liġi.
- Il-liġi għall-użu responsabbli tal-kannabis ddahlet f’Dicembru tas sena 2021.
- L-iskop tagħha huwa biss li tipprovdi qafas regolat għal min juża l-kannabis biex dan isir bl-inqas riskju possibbli għas-saħħa tagħhom.
- Il-kannabis ma tistax tpejjipha f’post pubbliku, postijiet aċċessibbli għall-pubbliku jew f’postijiet privati fil-preżenza ta’ tfal u minuri.
- Fid-dar tista’ tkabbar sa mhux aktar minn erba’ pjanti għall-użu personali fl-istess residenza. Dawn ma jistgħux ikunu aċċessibbli jew viżibbli minn terzi u/jew mit-triq.
- Il-kannabis ma tista’ tinkiseb minn imkien u mingħand ħadd sakemm ma’ tkunx isseħibt ma’ waħda mill-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC magħrufin bħala Cannabis Harm Reduction Associations.
- Irid ikollok ‘il fuq minn 18-il sena biex tissieħeb fil-Harm Reduction Associations regolati mill-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, u trid tkun bilfors residenti f’Malta.
- Tista’ tkun reġistrat biss f’assoċjazzjoni waħda.
- L-assoċjazzjonijiet ma jistgħux jippromwovu l-attività tagħhom u jridu jsegwu r-regoli u t-testijiet skond il-liġi.
- L-assoċjazzjonijiet ma jistgħux ifornu aktar minn 50 gramma kannabis fix-xahar lil kull membru, b’massimu ta’ seba’ grammi kuljum.
- Kull pakkett fornut irid ikollu informazzjoni għall-utenti inkluż kif it-tipjip tal-kannabis jagħmel ħsara lis-saħħa u li ma tistax tużah jekk ser issuq jew waqt tqala.
- Iridu jinkludu wkoll il-kuntatt fejn wieħed jista’ jfittex l-għajnuna jekk jixtieq jieqaf juża l-kannabis.
- L-iskop tar-riforma huwa li jbiegħed lil dawk li jużaw il-kannabis mis-suq illegali tad-drogi minħabba l-perikli kbar għas-saħħa li jġib miegħu, speċjalment fejn tidħol il-kannabis sintetika u kkontaminata.