Aqraw dan il-kliem Malti antik – Xi ġmiel
Il-lingwa Maltija tbidlet maż-żmien u tħalltet ma’ oħrajn. Kif jiġri lil kull lingwa wara kollox. Dan l-aħħar qed ikun hawn mewġa b’saħħitha biex inħarsu l-ilsien tagħna qabel nitiflu ħafna mill-format tiegħu. U bix-xieraq.
Ġieli użajtuhom dawn il-kliem?
- bieqja: hija skutella; reċipjent li fih tpoġġi ingredjent ieħor
- dikxiena: kuċċarun li tużaha mal-borma
- dewlgħa: kustilja.
- flus qabd: jiġifieri flus kontanti li żżomm fil-but
- għamm: ziju. Ġejja mill-Għarbi
- għors: xalar u ferħ
Kemm hi sabiħa l-lingwa tagħna. Inħobbuha u nużawha sew qabel nitilfuha.