Ara fejn tista’ tmur purċissjoni tad-Duluri llejla

 Ara fejn tista’ tmur purċissjoni tad-Duluri llejla

Illejla ssir il-purċissjoni ta’ Marija Addolorata f’56 post differenti. Dan skont il-lista ppubblikata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex.

Purċissjoni li tiġbed ħafna nies minn kull sfera tal-ħajja.

Bosta huma dawk li jħarsu din il-ġurnata b’tant għożża u jekk forsi jagħżlu li ma jsumux matul ir-Randan, illum iqisuha bi ħsieb differenti.

Mil-lum, tista’ tgħid li l-Ġimgħa Mqaddsa tkun iżjed viċin fiċ-ċelebrazzjoni intera tagħha hekk kif nhar il-Ħadd li ġej, il-Knisja Kattolika tiċċelebra Ħadd il-Palm li jimmarka l-bidu ta’ din il-ġimgħa meqjusa qaddisa, fil-Knisja.

Din hija l-lista ta’ purċissjonijiet tad-Duluri li se jsiru llejla:

Fil-4.45pm:

  • Knisja Parrokkjali taż-Żebbuġ, Għawdex

Fil-5.15pm:

  • Knisja ta’ San Martin, il-Baħrija

Fil-5.30pm:

  • Knisja Parrokkjali San Franġisk ta’ Assisi, il-Qawra
  • Knisja Parrokkjali tal-Qrendi
  • Knisja Parrokkjali Stella Maris, Tas-Sliema
  • Knisja Parrokkjali tan-Nadur
  • Kolleġġjata Bażilika ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra

Fis-5.45pm:

  • Knisja Parrokkjali tal-Ibraġ
  • Knisja Parrokkjali tal-Imġarr
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar

Fis-6pm:

  • Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa
  • Knisja Parrokkjali ta’ Bormla
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Kirkop
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija
  • Knisja Parrokkjali San Bastjan, Ħal Qormi
  • Knisja Parrokkjali San Ġorġ, Ħal Qormi
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi
  • Knisja Arċipretali Marija Annunzjata, Ħal Tarxien
  • Knisja Parrokkjali tal-Balluta
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta
  • Knisja Parrokkjali Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun
  • Knisja Parrokkjali Trinità Qaddisa, il-Marsa
  • Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa
  • Knisja Parrokkjali San Gejtanu, il-Ħamrun
  • Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera
  • Knisja Parrokkjali tal-Isla
  • Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
  • Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, in-Naxxar
  • Knisja Parrokkjali tal-Fontana
  • Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem

Fis-6.15pm:

  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli
  • Knisja tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar
  • Knisja Parrokkjali tal-Fgura
  • Knisja Parrokkjali Marija Reġina, il-Marsa
  • Knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Għajn
  • Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi
  • Knisja Parrokkjali tar-Rabat
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann

Fis-6.30pm:

  • Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan
  • Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk
  • Knisja Parrokkjali San Girgor, Tas-Sliema
  • Knisja Parrokkjali tal-Imtarfa

Fis-6.45pm:

  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa
  • Knisja Parrokkjali Ta’ Kerċem

Fis-7pm:

  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard
  • Knisja Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara
  • Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad
  • Knisja Parrokkjali Sacro Cuor, Tas-Sliema
  • Knisja Parrokkjali Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema
  • Knisja Parrokkjali tas-Swatar
  • Knisja Parrokkjali tal-Qala
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz

Fis-7.15pm:

  • Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija

Fis-7.30pm:

  • Knisja Parrokkjali Fleur-de-Lys
  • Knisja Parrokkjali tax-Xewkija

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com