Issa Ħondoq ir-Rummien huwa protett!!!

 Issa Ħondoq ir-Rummien huwa protett!!!

Il-Gvern Malti issiġilla l-protezzjoni u l-ħarsien ambjentali ta’ Ħondoq ir-Rummien bid-dikjarazzjoni li dan is-sit huwa legalment meqjus bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

Fl-istess proċess, tliet siti oħra f’Għawdex qed jiġu iddikjarati bħala Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni. Dawn huma il-Qortin ta’ Isopu, il-Ġebla tal-Ħnejja u l-Ġebla tal-Fessej li permezz ta’ notifika li l-Gvern se joħroġ din il-ġimgħa, se jgawdu minn ħarsien ambjentali minħabba r-rikkezzi naturali u ġeoloġiċi tagħhom.

F’Malta, Xrobb l-Għaġin ukoll se jgawdi mill-istess protezzjoni.

B’hekk, il-Ħondoq issa ngħata l-ogħla livelli ta’ protezzjoni ambjentali li l-liġijiet ambjentali f’pajjiżna joffru.

Xi jfisser dan kollu?

Din il-protezzjoni tfisser li attivitajiet f’din iż-żona huma suġġetti għal screening jew studji ambjentali aktar rigorużi minn ta’ siti oħra li jinsabu f’żoni barra mill-iżvilupp (ODZ). Fejn jinstab li se jkun hemm impatt negattiv fuq il-bijodiversità tal-inħawi, l-attività ma tkunx tista’ ssir jekk l-ewwel ma jiġux eliminati dawn il-konsegwenzi.

“B’kollox qed inżidu madwar 850,000 metru kwadru oħra t’art protetta – daqs 120 ground tal-football, ftit akbar mid-daqs tal-Belt Valletta. Dan ifisser li, b’kollox, kważi 30% tal-art f’pajjiżna hija protetta taħt diversi regolamenti ambjentali,” spjegat il-Ministru Dalli.

caption: Nemmnu li l-ambjent f’Malta għandu jkun dejjem prijorità

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com