Ara, kif int? Fejn qed taħdem? – l-ewwel mistoqsija li sirna nsaqsu

Il-Malti kurjuż? Jew ossessjonat bix-xogħol u l-istatus? Jista’ jkun għax aħna pajjiż żgħir u ninfluwenzaw ruħna minn min jilħaq u jippostja fuq facebook?!
Din manija kerha li l-ewwel mistoqsija li nsaqsu meta naraw lil xi ħadd li nkunu ilna ma niltaqgħu miegħu tkun, “Fejn qed taħdem?” Agħar minn hekk: “Għadek miżżewġa?”
Imma għaliex? Possibbli dawk huma l-iżjed importanti? Ma nistgħux insaqsu “kif aħna kemm ilni ma narak?” “Il-ħajja kollox sew?”
Naħseb ftit edukazzjoni hi x’inhi le? Taqblu magħna jew sejrin żbaljati aħna?