Bi 33 vot favur u 29 kontra, kien inħatar bħala President …

Fid-29 ta’ Marzu tal-1999, il-Kamra tad-Deputati eleġġiet lill-Professur Guido de Marco bħala l-President ta’ Malta bi 33 vot favur u 29 kontra.
L-Opożizzjoni fl-istess seduta, innominat lill-Professur Edwin Grech iżda l-mozzjoni m’għaddietx bi 28 vot favur u 32 vot kontra.
Fil-bidu tas-seduta, il-Kamra b’vot unanimu approvat mozzjoni mressqa mill-Gvern u sekondata mill-Oppożizzjoni li fiha rringrazzjat lill-President Dr Ugo Mifsud Bonnici għax-xogħol li għamel tul il-Presidenza tiegħu.
Tradizzjonalment u skont il-prassi, fil-5 t’April li ġej, ikollna President ta’ Malta ġdid.