“Mela mhux bħall-Qriema San Ġorġ” – Kultura b’saħħitha f’Ħal Qormi b’risposta għall-artiklu li tejjana

 “Mela mhux bħall-Qriema San Ġorġ” – Kultura b’saħħitha f’Ħal Qormi b’risposta għall-artiklu li tejjana

“Jiena naħseb li skont x’tiżra u kif tikkoltiva, ħa taħsad. Aħna Ħal Qormi San Ġorġ minn età żgħira jibdew jieħdu sehem fil-Purċissjoni tat-tfal. Is-subien minn età żgħira jidħlu fil-fratellanzi sabiex jidraw l-impenn biex ikunu jistgħu jerfgħu meta jikbru. Nies biex jilbsu fil-purċissjoni dejjem ikkonkorrew.”

Dan kien wieħed mill-kummenti għall-artiklu li tellajna fejn urejna t-tħassib ta’ dilettant ieħor li saħaq magħna li jibża’ li din it-tradizzjoni ta’ personaġġi u lbies fil-Ġimgħa l-Kbira qed tonqos.

Ara l-artiklu oriġinali hawn: https://www.facebook.com/story.php?story_fbid=948016423995763&id=100063622428887

Kumment ieħor juri li mhux talli ma jsibux, talli f’Ħal Qormi San Ġorġ kien hemm min laħaqx: “Mela mhux bħal Ħal Qormi San Ġorġ għax kien hemm min sfortunatament baqa’ b’xejn.”

Madanakollu fir-rigward tal-prezzijiet li qed tiġi tiswa l-banda kien hemm qbil.

Nieħdu gost naraw li għad hawn ħafna akkanita għat-tradizzjonijiet Maltin. Hekk nieħdu gost. J’Alla l-kwistjoni tal-prezzijiet tal-baned tiġi stabbilita ħalli ma nitilfux is-sabiħ li għandna.

Prosit lilkom kollha li tajtu sehem għal sena f’dawn it-tradizzjonijiet uniċi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com