Bil-Filmat : Mhux waħda, anqas 2, imma 8 arpisti Maltin jistudjaw fl-iskola tal-Mużika

 Bil-Filmat : Mhux waħda, anqas 2, imma 8 arpisti Maltin jistudjaw fl-iskola tal-Mużika

Fuq il-midja soċjali, l-arpista bravissima Caroline Muscat tellgħet filmat tal-istudenti tagħha f’kunċert li għamlu biex jesponu t-talent tagħhom; dik tad-daqq tal-arpa.

Mhux waħda, anqas tnejn imma tmienja huma l-arpisti li qed jitħarrġu u jagħtu dan il-kunċrert mill-isbaħ, taħt id-direzzjoni tagħha.

Is-Surmast Muscat spjegat li dawn l-arpisti żgħażagħ jagħtu kulur lill-ġranet tagħha tat-tagħlim fi ħdan il-Malta School of Music.

“Kburija ħafna bix-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom”, stqarret Mro Caroline Muscat.

Bravi tassew.

Araw l-eżekuzzjoni mużikali tagħhom

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com