“Come Dine With Me” dalwaqt ukoll f’Malta
It-televiżjoni lokali ser ikollu reality show oħra internazzjonali x’jara bl-isem ta’ “Come Dine With Me” ta’ ITV.
Din ir-reality show għamlet hit barra minn xtutna f’madwar 50 pajjiż differenti fejn parteċipanti kreattivi ser ikunu qed jieklu madwar mejda ma’ nies li ma jafux.
Lura fl-2005, Come Dine With Me saret ikonika fir-Renju Unit u issa jmiss li l-verżjoni maltijja tixxandar fuq TVM.
Festa ta’ ikel b’ karattri differenti kull ġimgħa li ser jiltaqgħu biex jikkompetu għat-titlu tal-aqwa serata waqt pranzu bi premju ta’ €1,000 kull ġimgħa li ser iżid ukoll l-eċitament.
Kull episodju jinkludi ħames kontestanti li jorganizzaw pranzu bi tliet platti u apparti li juru l-ħiliet kulinari tagħhom, iridu wkoll iżidu l-punti tagħhom billi joffru l-aqwa ospitalità.
Il-mistednin imbagħad jikklassifikaw il-prestazzjoni tal-ospitant. Dak il-parteċipant bl-ogħla voti jirbaħ il-premju fi flus. Dan mhuwiex programm li jiffoka fuq it-tisjir iżda huwa aktar reality show.
Ser ikun hemm narattur sarkastiku b’kummentarju umoristiku tiegħu/tagħha dwar l-ikel u l-preżentazzjoni. Vuċi li se tkun imxandra aktar ‘il quddiem; vuċi li se tieħdu grazzja magħha.
L-eċitament ma jiqafx hemm! Ir-reality show mhu xejn mingħajr ir-residenti Maltin u Għawdxin. Kull min għandu ’l fuq minn tmintax-il sena jista’ jkun parti minn “Come Dine With Me Malta” u għandhom iċ-ċans li jirbħu €1,000 fi flus kontanti kull ġimgħa, flimkien ma’ firxa ta’ premjijiet oħra speċjali.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa. Jekk taħseb li għandek dawn l-ingredjenti li semmejna, biex tospita lejl ta’ pranzu memorabbli trid tapplika malajr peress li l-ispazji huma limitati. L-informazzjoni kollha dwar kif tapplika tinsab fuq http://comedinewithme.mt u fuq il-mezzi tal-midja soċjali uffiċċjali.
Prepara ruħek. Divertiment, ikel u ospitalità. Il-programm (reality show) li kulħadd ser jitkellem dwaru.
Website: www.comedinewithme.mt
Social Media: @comedinewithme.mt