Deus – Id-dramm tal-passjoni miċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944

 Deus – Id-dramm tal-passjoni miċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944

Għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena, iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, kien l-organizzatur ewlieni tad-dramm tal-Passjoni f’Bormla, bi produzzjoni kull sena, apparti s-snin tal-pandemija. Għal din is-sena, fuq kitba u direzzjoni tas-Sur Joe Buhagiar, qed jittella’ d-dramm Deus li ser isir nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu fis-6.00pm u l-Ħadd 17 ta’ Marzu fit-3.00pm, fis-Sala tal-Kulleġġ De La Salle, fil-Birgu.

Fid-dramm ser tispikka l-personalità ta’ Pilatu, li kien il-Gvernatur fi żmien il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Naraw il-kobor tiegħu kif ukoll id-dgħjufija tiegħu. Naraw kif kien jimxi ma’ dawk madwaru, dejjem bil-għan li jżomm postu u ma jiċħad qatt il-kobor tal-Imperu Ruman. Ma jistax jonqos, li f’dan id-dramm se naraw l-aħħar ġranet u siegħat ta’ Sidna Ġesù Kristu fuq din l-art, li jsibu l-milja ta’ kollox fil-Qawmien tiegħu.

Għall-iktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ Facebook [_https://www.facebook.com/gt191144](https://www.facebook.com/gt191144 “‌”) . _

Biex tibbukkjaw il-biljetti tistgħu ċċemplu fuq it-Ticket Hotline 79308900/79066304.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com