Temmen li jekk tħares lejn il-qamar tista’ tnaqqas l-istress?

 Temmen li jekk tħares lejn il-qamar tista’ tnaqqas l-istress?

Qatt smajtu bil-moon gazing? Din hija metodu ta’ meditazzjoni li biha wieħed jista’ jnaqqas l-istress billi jħares lejn il-qamar.

Jingħad li meta wieħed jinkorpora l-moon gazing fil-prattiċi ta’ meditazzjoni tiegħu, jista’ jnaqqas l-istress u jikkalma l-moħħ, speċjalment meta jkun hemm il-yoga involuta. Intant, prattika oħra ta’ meditazzjoni li tinvolvi l-qamar hija l-moonbathing. Dan huwa meta tintefa’ f’pożizzjoni li tesponik għad-dawl tal-qamar.

Jgħidu li is-sens ta’ kalma jiġi meta tħares lejn il-qamar u tiffoka fuq id-dettalji tiegħu. Tibda tara l-mod kif inhu ffurmat, il-kulur griż u l-mod kif jinbidel fl-intesità tiegħu f’punti differenti. U qabel ma tinduna, jiġu fuqek sens ta’ kalma u paċi li rari tħosshom meta tkun għaddej tikkumbatti mal-ġenn ta’ kuljum.

Inti tuża xi prattiċi ta’ meditazzjoni biex tnaqqas l-istress?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com