Drawwa ta’ safar għall-hens jew bachelor’s party

 Drawwa ta’ safar għall-hens jew bachelor’s party

Qed ngħixu fi żmien li rridu nuru li aħna uniċi u differenti minn xulxin, għalkemm ħafna drabi, nispiċċaw nimitaw lil xulxin.

Imma dak li jkun, jew dik li tkun, ikunu jridu jwettqu ħolma, u jagħmluha. Ma hemm xejn ħażin b’daqshekk.

Sirna naraw ħafna nies li għal din l-okkażjoni, isiefru barra l-pajjiż. Jagħmlu l-flokkijiet b’xi frażi jew b’isem l-għarus jew l-għarusa.

Din forsi tkun l-aħħar safra mal-ħbieb qabel il-persuna tiżżewweġ. Drawwa li fiha jkun hemm ftit xalar u daħq u min ikun se jiżżewweġ, iqatta’ ftit ħin mingħajr il-partner qabel ma jidħol għas-sagrament taż-żwieġ.

Hija okkażjoni li fiha jinħolqu memorji fil-ħajja għażba.

Ġieli kien hemm okkażjonijiet li forsi minħabba dawn l-esperjenzi ta’ qabel iż-żwieġ, qamu kwistjonijiet ġodda jew saħansitra, tħassret l-għerusija.

Għalhekk huwa tajjeb li dak li jkun, iżomm il-kolp u jiftakar fir-responsabbiltajiet u l-limiti tiegħu.

Mill-bqija, ħudu gost.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com