Ejjew naraw is-sabiħ ukoll mhux l-ikraħ biss
Spiss naraw tmaqdir, tgħajjir, u kritika distruttiva fuq il-midja soċjali. Ikun hemm kritika kostruttiva imma kultant din ukoll issir b’manjiera li tmewwet is-sabiħ.
Sew jekk porġett għaddej, att minn xi artisti, xogħol jew ieħor u ħafna affarijiet oħra. Qed nimtlew b’ħafna negattività. Qed inkunu ħafna iżjed pessimisti milli ottimisti.
Possibbli ma baqa’ xejn sabiħ u tajjeb?
U mela ma baqax. Irridu nitgħallmu naraw ir-raġġi tax-xemx fil-maltemp u napprezzaw it-tajjeb. Dak li hu ħażin, ma nistgħux ngħidulu tajjeb. Imma ejjew dak li hu tajjeb u sabiħ, ngħidulu tajjeb u sabiħ.
Mhux kollox ward u żahar imma mhux xewk biss toffri l-warda!