Fi ftit minuti oħra, it-toroq Maltin u Għawdxin jimtlew b’baħar tan-nies – Isellmu lil Ommna Addolorata d-Duluri

 Fi ftit minuti oħra, it-toroq Maltin u Għawdxin jimtlew b’baħar tan-nies – Isellmu lil Ommna Addolorata d-Duluri

Mument qawwi ta’ fidi u tama … donnu dan il-ħin kollox jieqaf. Il-ħajja mgħaġġla li għandna, il-commitments tagħna, ix-xogħol, il-ġirja mal-ħin donnhom jeħlu … bir-raġun, illum il-festa tad-Duluri.

Festa maħbuba ħafna mal-poplu tagħna. L-imnikket, il-midrub, l-imweġġa’, l-imġarrab …. ilkoll nirrelataw ma’ Ommna d-Duluri li batiet bla ħtija u rat lil binha Ġesù jsofri.

Il-Purċissjoni bil-vara tad-Duluri ilha snin twal issir f’pajjiżna. Tista’ tgħid li f’kull lokalità f’pajjiżna, din toħroġ f’purċissjoni b’serbut ta’ nies warajha, minn tfal u żgħażagħ sa adulti u anzjani.

Popolari dejjem il-purċissjoni tad-Duluri fil-Belt Valletta li ssir mill-Arċikonfraternità tas-Santissmu kurċifiss b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani u li tkun immexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Jude Scicluna. Tibda mill-Knisja ta’ Ġieżu.

Se tattendtu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com