F’Nhar il-Ġimgħa L-Kbira, Puttinu għandu bżonnok – ara kif tista’ tgħin
Fi stqarrija minn Puttinu Cares intqal li kull xahar, madwar 80 pazjent jitilgħu l-Ingilterra għall-kura. Puttinu Cares għandu 20 appartament f’ Sutton li jintużaw bla ħlas mill-pazjenti. Dan kollu sar bis-saħħa tad-donazzjoni mill-poplu Malti u Għawdxi.
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, se ssir il-maratona ta’ Puttinu live fuq TVM u stazzjonijiet oħra, bejn id-9:15 sat-15:00 u mid-21:00 sa nofsilejl.
Int tista’ tgħin lil Puttinu Cares biex jitlesta dan il-proġett il-ġdida fejn se jsiru 27 appartament ġdid għal iktar familji fil-bżonn.
Tista tgħin ukoll billi:
Tisponsorja kamra: Kċina (€10,000), kamra tas-sodda (€5,000), jew kamra tal-banju (€2,500). Għal kull sponsor, titwaħħal plakka bl-isem tiegħek jew tal-kumpanija tiegħek f’wieħed mill-appartamenti
Għal iktar informazzjoni, ibgħat email fuq [email protected] jew cemplilna fuq 9967 2790.