Gaia Cauchi u Hon. Alicia Bugeja Said imorru date…x’kellhom xi jgħidu?

 Gaia Cauchi u Hon. Alicia Bugeja Said imorru date…x’kellhom xi jgħidu?

It-tieni episodju ta’ VIP Date ta’ Stradarjali laqqa’ lill-kantanta lokali magħrufa Gaia Cauchi u lis-Segretarju Parlamentarju għas-Sajd, Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja fir-restorant Yami Yabi fil-Gżira.

Filwaqt li kielu ikel bnin u differenti, raw sensiela ta’ ritratti li ggwidaw il-konverżazzjoni tagħhom sabiex isiru jafu aktar lil xulxin u l-esperjenzi ta’ ħajjithom.

Starters: Ukiyo, Ikigai, Kaizen u Chicken Satay 

Id-diskussjoni bejn Gaia u Alicia bdiet bit-tattoos. Filwaqt li Alicia qalet li hi m’għandhiex, Gaia spjegat li hi għandha madwar 11-il tattoo, waħda minnhom fuq il-polz u tgħid “11:11”. Spjegat li s-sinjifikat tagħha huwa relatat ma’ meta hi rebħet il-Junior Eurovision. Kellha biss 11-il sena u kienet il-11-il edizzjoni tal-festival tat-tfal.

Min-naħa tagħha, Alicia qalet li hi tibża’ mil-labar u għalhekk qatt ma kellha l-kuraġġ tagħmel tattoo. Madanakollu, li kieku xi darba trabbi l-kuraġġ biex tagħmel tattoo, tpinġi isem bintha fuq il-polz.

Main Course: Pad Thai Chicken u Basil Beef with rice

Gaia u Alicia kellhom l-opportunità jitkellmu dwar il-futur u xi jfisser dan għalihom. Gaia qalet li tixtieq tmur tgħix Londra jew x’imkien fejn tkun tista’ tkabbar l-istudju tal-mużika, forsi anke tkanta quddiem aktar nies u toħroġ aktar diski. Spjegat li infatti, ix-xahar id-dieħel se tkun qed tqattgħu f’Londra u mhux qed teskludi li testendi l-vjaġġ tagħha jekk l-affarijiet imorru sew. Min-naħa tagħha, Alicia spjegat li hi ma tħobbx timmaġina ħafna dwar il-futur tagħha personali, iżda tieħu ħajjitha jum b’jum. Qalet li taspira li tkompli tirriċerka u tagħmel bidla fil-ħajja tan-nies.

Hekk kif Marzu huwa x-xahar li fih niċċelebraw Jum il-Mara, Alicia spjegat li minkejja li hawn livell ta’ ugwaljanza, ladarba dan il-jum għad jinħass il-bżonn li jkun iċċelebrat allura għadna ma lħaqniex l-għan tagħna. Insistiet li hemm bżonn li titqajjem aktar kuxjenza u ssir aktar ħidma sabiex niksbu l-veru ugwaljanza.

Gaia tkellmet dwar il-ġeneru fil-mużika u spjegat li n-nisa fil-mużika mhux l-ewwel darba li jkollhom jilbsu ħwejjeġ li ma tantx ikunu jixtiequ jilbsu biex jitilgħu fuq il-palk. Qalet li dan jiġri b’mod speċjali meta dawn il-kantanti jkunu mmexxijja minn aġenti jew record labels kbar. Spjegat li hi tixtieq kemm jista’ jkun tibqa’ indipendenti sabiex tkun tista’ tibqa’ onesta magħha nnifisha matul il-karriera mużikali tagħha.

 

Deżerta: Fried Banana Blast u Mango Sticky Rice

Alicia u Gaia kellhom ukoll l-opportunità li jitkellmu dwar il-Eurovision. Gaia qalet li ssegwi biss ix-xow u ma tantx issegwi l-kantanti u l-għażliet tal-pajjiżi minn qabel. Alicia staqsietha jekk titħajjarx titla’ hi xi darba biex tirrappreżenta lil Malta. Gaia spjegat li timmaġinaha li tagħmel din il-ħaġa, madanakollu trid li jkollha l-kanzunetta perfetta biex tagħmel dan.

 

Intom lil min tixtiequ li nistiednu bħala parteċipant tal-VIP date li jmiss? Għidulna fil-kummenti! Intant, jekk inti sid ta’ restorant u tixtieq tospita wieħed mill-episodji li jmiss, ikkuntattjana fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com